The Agrarian Society of Malta.

Subtitle

My PictureThe Societa’ Medica d’Incoraggiamento’ of Malta, a medical society, during 1844 nominated a secretary who together with forty members drew the society’s first statute.
The British Colonial Government at the time, by means of a letter under the signature of the Secretary General Sir H. Greig and dated 21st March 1844, approved the setting up of the Socjeta Agrarja [Agrarian Society]. The first committee of this society was elected on the 12th April of the same year.
The society took the name of the’ Societa’ Economico-Agraria del Gruppo di Malta’ . The aim of the society was to promote better agricultural techniques, the increase in horticultural production , the introduction and propagation of new products and more efficient agricultural machinery and finally the introduction of new species and breeds of farm animals which will be of benefit to the country.

In 1940 the society’s name was changed to what it is still bearing to-day, namely Societa’ Agrarja.. The society, which preceded the creation of the Department of Agriculture, was entrusted by government to run a number of experimental stations for the dissemination of agricultural information to farmers and herdsmen, as well as to organize agricultural and livestock shows. Renowned members of the society, over the years, published several books, papers and studies on a wide range of agricultural topics throughout its history. Subsidized by the Government of the day, helped by sponsors and with the enthusiasm of its members, the society, now as an NGO, continues with the tradition of organizing the national Mnarja agricultural show at Buskett on the 28th and 29th of June each year, the latter day being the feast of St Peter and St. Paul.
Since its inception, the society was also entrusted with the traditional annual Bandu or Heralding the Mnarja Equine Races held at Rabat.
The society also helps Local Councils in the organization of agricultural shows at local level.
To commemorate its 100th anniversary, the society struck gold and bronze commemorative medals.
In 1994 the society celebrated its 150th Anniversary with an appropriate programme of events which included the awarding of gold and silver commemorative medals to various society members, helpers, sponsors and Government representatives.
Dr.Joseph Borg
President
Socjeta’Agrarja



IS-SOCJETA’ AGRARJA- STORJA U HIDMITHA

Din is-sena, s-Socjeta Agrarja taghlaq 170 sena. Infatti fil-21 ta’ Marzu tal-1844 t is-socjeta’ twaqqfet taht l-isem ta’ SOCJETA’ ECONOMICA AGRARJA DEL GRUPPO DI MALTA, li imbaghad fl-1940 qassret isimha ghal ‘Socjeta’ Agrarja, kif nafuha sal-lum [1]. Wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li sa nofs it-tieni gwerra dinjija, il-kitba ufficcjali kienet aktar bit-Taljan milli bl-Ingliz waqt li bil-Mlati kwazi xejn.
Is-socjeta’ twaqqfet meta f’Malta s-suq tal-qoton waqa’ u meta ma kienx ghadu twaqqaf id-dipartiment tal-Agrikoltura . Ghalhekk l- ghanijiet tas-socjeta’ kienu li jiddahhal f’pajjizna aktar taghrif fuq il-biedja, aktar metodi efficjenti ghat-tkabbir ta’ prodotti tal-biedja u wkoll ghall-ahjar manigg tal-art agrikola. Is-socjeta’ giet inkarigata wkoll biex iddahhal varjetajiet godda ta’ hxejjex u frott kif ukoll ta’ razez ta’ bhejjem, tjur u fniek. Biex taghmel dan il-gvern kolonjali kien ghaddhielha diversi ghelieqi u gonna biex fihom isiru l-provi mehtiega [1].
Bl-akkwist tal-Qasam tal-Ghammieri fl-1919 mill-Professur John Borg li kien diga’waqqaf d-dipartiment tal-Biedja fl-1911,[ 2] l-esperimenti wil-provi bdew isiru f’dan il-qasam mid-dipartiment.
Madankollu l-organizzazzjoni tal-wirja tradizzjonali tal-Imnarja kif ukoll il-Bandu tat-Tigrijiet tal-Imnarja gew fdati lis-socjeta’ Agrarja. Is-socjeta matulis-snin, meghjuna mill-awtoritajiet investiet fl-armar tal-wirja.
Matul is-snin saru diversi tibdiliet fl-amministrazzjoni tal-wirja. Izda l-aktar tibdila saret wara l-wirja tal- 2006 meta harab barri waqt il-wirja, li fortunatament ma wegga’ hadd hlief min kien qed jiehu hsiebu. Ghalhekk is-socjeta’ kella tiehu passi fuq l-organizzar tal-wirja minhabba ragunijiet ta’ responsabbilta’ u ta’ kumpens f’kaz ta’ hsara u/ jew korrimenti li setghu isiru fil-Buskett waqt il-wirja. Dan irrizulta filli l-ministeru responsabbli mill-biedja beda jiehu r-responsabbilta’ bhala l-organizzatur tal-wirja u tal-attivitajiet tal-Imnarja li jigu organizzati fil-Buskett, waqt li s-socjeta’ Agrarja tghin fil-wirja agrikola.
Is-socjeta’ hadet hsieb li fil-wirja tal-Imnarja, jibqghu jidhru prodotti u ghelejjel li ghalkemm illum m’ghadhomx jitkabbru b’mod kummercjali, xorta ghandhom jidhru fil-wirja biex jitgadew mill-publiku. Varjetajiet antiki ta’ hxejjex , frott, zrieragh u razez ta’ tjur u fniek li ghal zmien twil kienu jitkabbru u jitrabbew f’pajjizna u issa ftit li xejn tara minnhom, ghandhom valur iehor fi zmienna. Dawn jissejhu Landraces li f’pajjizi girien taghna ghandhom banek ghalihom ghax ghad jigi zmien li l-materjal genetiku taghhom jintuza fit-tnissil ta’ varjetajiet u razez godda fil-glieda kontra l-mard tal-ucuh jew ghall- kundizzjonijiet klimatici harxa [3].
Kemm ilha mwaqqfa s-socjeta’ , membri taghha ippublikaw ghadd sabih ta’ kotba u fuljetti b’taghrif ghall-bdiewa u r-rahhala. Barra l-involviment qawwi tas-socjeta’ Agrarja fil-wirja tal-Imnarja, hija torganizza wkoll il-wirja agrikola fil-Bidnija flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Is-socjeta’ tghin ukoll lill- Kunsilli lokali u ghaqdiet ohrajn, mhux biss fil-wirjiet agrikoli distrettwali, izda wkoll bil-konsulenzi li taghti b’xejn lil min jorganizzhom. Is-socjeta’, kull sena, taghti daqqa t’id ukoll fil-wirja ta’ Santa Marija fir-Rabat Ghawdex. Is-socjeta’ minn zmien ghal zmien torganizza wkoll attivitajiet socjali ghall- membri taghha.
Is-socjeta taghti sehemha regolarment kull meta tohrog stedina mill-MEPA, jew mill-Ministeru responsabbli mill-Biedja dwar tfassil ta’ pjani ta’ zvilupp agrikolu jew fuq xi materja relatata mas-settur agrikolu, bhall-ilma ghat-tisqija. Proprju l-ahhar involvement tas-socjeta’ kien dak li titfassal it-talba ta’ pajjizna ghall-akkwist ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea ghall-izvilupp Rurali ji jibda mis-sena d-diehla sa-sena 2020.
Peress li s-socjeta’ ghandha hajja hekk twila, hija moghnija b’arkivju li ghandu importanza kbira fil-qasam agrikolu u storiku peress li dan hu l-eqdem wiehed f’dan is-settur, qabel ma nholoq id-dipartiment tal-Biedja u wisq aktar qabel ma twaqqaf l-arkivju Nazzjonali fir-Rabat. Dan l-arkivju jinstab fl-ufficcju tas-Socjeta’ fil-Belt Valletta. Ricerkaturi u studenti , sew Universitarji kif ukoll tal- MCAST kemm il-darba jikkonsultawh f’xi suggett, relatat mal-biedja wil-bhejjem, jew fuq xi persunagg distint li kien membru tas-socjeta’, u li jkunu qed jahdmu fuqu .
Wara li wiehed jaghraf hidmet is-socjeta’ Agrarja, mhux ta’ min isahhahha billi jidhol membru?
Dr. Joseph Borg Gunju 2014
Referenzi
1 Arkivju tas-socjeta’.
2 Cacti- 1937- John Borg,- Gov. Printing Office.


Kelmtejn mill-President tas-socjeta, Maltija tal-Ortikoltura- Wirja 2014.


HARSA LEJN IL-BIEDJA FIL-MEZZI TAX-XANDIR.TAL-IMGHODDI 
Kelmtejn tal-President-Dr Joseph Borg

Il-metodi tat-tkabbir tal-ucuh tar-raba u tal-bhejjem, f’pajjizna beda bhal dawk tal-pajjizi girien taghna. Il-Bidwi jew ir-rahhal l-ewwel beda jitghallem minn ghand missieru u qrabatu. Bdew ukoll jaraw bdiewa ohrajn kif qed jahdmu u xi prodotti jkolhom, biex jekk jaghtu indikazjoni li l-produzzjojni tizdied, allura bdew jimitawhom.
Bhala gzira, ahna dejjem konna miftuhin ghal dak li l-barrani jgib mieghu, minn merkianzija- inkluzi l-ilsiera- sa esperjenzi ta’mghallmin barranin. Kull hakkiem Barrani ta’ gziritna kkontribwixxa biex il-biedja tipproduci aktar u tkun aktar varjata. Dan kien isir primarjament ghall-gid taghhom stess, izda dan kellu effet sekondarju fuq il-biwdi wir-rahhal Malti u Ghawdxi.
Sas seklu 19 ftit kienu dawk li kienu jafu jaqraw u jiktbu u ghalhekk it-taghrif agrikolu moghti bil-kitba taht forma ta’ fuljetti jew kotba, kienu ftit. Dawn l-aktar kienu indirizzati lejn il-familji nobbli, Kapitli tal-Katidral u ta’ xi Ordnijiet religjuzi, li kellhom meded t’art mqabbla lill-bdiewa ghall-uzu agrikolu. Ghalhekk dan it-taghrif ma kienx milhuq sew mill bicca l-kbira tal-bdiewa u rahhala.
Wara ftit li L-kavallieri wil-Francizi telqu minn Malta u dahlu l-Inglizi,, il-htiega li l-bidwi jinghata aktar taghrif fuq is-sengha tieghu, geghel lil Gvern Kolonjali li johloq soocjeta’ maghmula minn nies midhla sew fil-biedja u fl-Ortikoltura, biex permess ta’ provi, ta’ wirjiet, ta’ tahditiet u mbaghad bil-hrug ta’ fuljetti teknici li kienu jittrattaw prodott prodott, it-taghif agrikolu beda jinxtered aktar. Dik l-Ghaqda hija s-socjeta Agrarja, s-socjeta’ taghna li rat il-bidu taghha fl-1844 bhala SOCIETA’ ECONOMICA AGRARIA DEL GRUPPO DI MALTA. L-isem inbidel f’dak li hu llum fl-1940, meta l-lingwa Taljan bdiet titnaqqsiulha l-uzu taghha kagun tal-Gwerra dinjija t-tieni, meta l-Italja dahlet fil-gwerra.
Hekk kif twaqqfet din is-socjeta bdew jigu stampati fuljetti u kotba zghar b’temi agrikoli halli t-tixrid tat-taghrif agrikolu jikber u jinfirex. Il-kittieba kienu kollha nies lokali ta’ stoffa, esperti u herqana li t-taghrif li kisbu huma, sew fl-istudji taghhom kif ukoll mill-esperjenza prattika, jghadduh lill-bdiewa. Fil-librerija tas-socjeta’ jezistu ghadd minn dawn il-publikazzjonijiet. L-iktar wiehed awtorevoli kien il-Professur Ganni Borg, li, barra li kien jikteb artikli teknici kien ukoll jikteb kotba u faxxikoli fuq fierxa kbira ta suggetti agrikoli, bil-Malti, bit-Taljan u anke bl-Ingliz, bhala segretarju jew membru tas-socjeta’ Agrarja.
Hekk kif issawwar id-dipartiment tal-Agrikoltura, bil-Profs Borg bhala l-ewwel Suprentendent tieghu fl-1919, huwa beda jirsisti biex johorgu aktar publikazzjonijiet, faxxikli u fuljetti mill-‘Ufficciu tal-Biedja. Tfaccat ir-rivista ta’ kull xahar Melita Agricola fl-1932, stampata fl-istamperija tal-Gvern.. Maz-zmien bdew johorgu rivisti u fuljetti, bhal L-Agrikoltura [Biedja - Sajd -Koperattivi‘ ,Il-biedja u Sajd’,u ‘ Il-Biedja llum’. Fil-laqghat ghal-bdiewa, li kienu jsiru l-Hadd fil-ghodu f’-diversi rhula, kienu jintuzaw il-Magic Lantern jew projector ghas-slides, xi film 16mm misluf minn barra l-pajjiz, wit-tape recorder.
Ghalkemm ir-Rediffusion dahal fl-1935,kienu 20 sena wara li bdew xandiriet qosra mid-dipartiment, mmirati ghal bidwi, r-rahhal wis-sajjied. Warajh dahal ir-radju, fejn ukoll baqghu jittrasmettu l-programm kull nhar ta’ Hadd kif ukoll ohrajn matul il-gimgha. Jien kelli sensiela jisimha ‘Il-Gnejna’ . Ghal ghadd ta’ snin kont sew kontibutur kif ukoll produttur tal-programm ta’ kull gimgha ‘Ghall-Bidwi wis-Sajjied’
.Fl-1962 saret l-ewwel trasmissjoni bit-telezjoni. Izda programmi kontinwi fuq is-settur agrikolu mid-dipartiment tal-Biedja ma bdewx qabel it-tmeninijiet. Fost dawn is-sensiliet, insibu ‘l-Ghejjel’, ‘Il-Gonna taghna’, ‘Taht Xemx u Xita’.
Ghalkemm id-dhul tal-kompjuter u l-Internet, dahal f’pajjizna recentement, saret qabza kbira kif jigi mxandar u akkwistat f’hakka t’ghajn, taghrif u ahbarijiet teknici, mhux biss mill-pajjizi girien taghna izda mid-dinja kollha.
B;dana kollu, nhoss li t-taghrif lill-bdiewa ghad ghandu l-htiega li jitwassal ukoll bil-kelma miktuba
Fl-ahharnett ghandi pjacir inhabbar li s-socjeta’ taghna issa ghandha l-website taghha wkoll, fejn fiha hemm taghrif fuqha u fuq l-attivitajiet taghha. Inhajjru lil kull min ghandu ghal qalbu l-biedja jidhol fis-sit taghna theagrariansocietyofmalta.webs.com

Facebook page The Agrarian Society of Malta.


Hal-Balzan fil-Wirjiet tal-Imnarja tal-1854 u tal-1855.

Kitba ta’ Dott. Joseph Borg, President tas-Socjeta’ Agrarja.

Meta tkun riesqa l-festa tal-Imnarja li tigi ccelebrata kull sena fit-28 wid-29 ta’ Gunju, fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, mill-ewwel wiehed jassocja ma din il-festa il-Wirja agrikola u tradizzjonali tal-Imnarja li tigi organizzata fil-Buskett.
Ta’ min ifakkar li s-settur agrikolu sal-1844 ma kienx organizzat f’dak li hu taghlim lill-bidwi wir-rahhal u lil min kien marbut ma din is-sengha. L-istess nghidu ghall- organizzar t’esperimenti u l- introduzzjoni u provi ta’ zrieragh, ghelejjel, tjur u bhejjem f’pajjizna.
Fl-1837 twaqqfet mill-gvern kolonjali, is-Societa’ Medica d’incorraggimento di Malta biex titkabbar l-edukazzjoni medika fil-pajjiz u biex ixxerred taghrif mediku fost il-memberi tal-professjoni medika [1].
Fl-1844, is-socjeta’ medika gharfet il-konnessjoni diretta li hemm bejn l-ikel wis-sahha u ghalhekk issuggeriet li titwaqqaf Socjeta’ Agrarja biex tqajjem is-settur agrikolu u timmodernizzah. Din is-socjeta’ medika, fasslet ir-Regolamenti tas-socjeta’ agrarja. Dawn kienu mqassmin f’hames Kapitli. jigifieri- Formazione della Societa’ bi tlettax artiklu, Doveri de’ soci- b’sitt artikli, Doveri funzionali- bi tmien artikli, Lavori della societa- bi hmistax l-artiklu u Biblioteca e Gabinetto –b’hames artikli. Is-socjeta’ medika fis-seduta taghha tal-1 ta’ Marzu 1844, approvat dawn ir-regolamenti, taht il-firma tal-President Dr. G.M. Stilon, wis-segretarju Dr. G.C. Grech Delicata [2].
Kif wiehed jinnota dak iz-zmien il-lingwa Taljana kienet ghadha tintuza bhala l-lingwa ufficjali, allavolja l-Inglizi kienu ilhom f’Malta ghal aktar minn tletin sena. .
Il-gvern Kolonjali Ingliz laqgha din it-talba. Infatti is-Segretarju Principali tal- gvern, Sir H. Greig f’dokument mahrug fil-21 ta’ Marzu 1844-, approva it-twaqqif ta’ socjeta’ agrarja bl-isem ta’ ‘Societa’ Economica Agraria del Gruppo di Malta’. [2]. Dan l-isem baqa jintuza mis-socjeta sal- 1940, ghax imbaghad hadet l-isem ta’ Socjeta’ Agrarja, [2] kif ghadha msejjha sal-lum. Minn dik is-sena stess bdew isiru wirjiet agrikoli f’diversi mkejjen fil-belt Valletta, fosthom anke fil-bitha tal-Palazz il-Belt, u fil-Barrakka ta’ Fuq.
Imma dan kollu x’ghandu x’jaqsam ma Hal-Balzan?
L-involviment ta’ Hal-Balzan, imsemmi bhala rahal u marbut mal-wirja tal-Imnarja, jibda fl-1854 meta il-Gvernatur Sir William Reid hareg il-permess biex il-wirja tibda ssir fil-Buskett f’lejlet u nhar l-Imnarja, li diga’ kienet festa tradizzjonali mal-Maltin.
Biex l-ewwel wirja fil-Buskett tigi organizzata b’mod aktar grandjuz, peress li issa kienet mizzewga mal-festa tal-Imnarja, is-socjeta’ waqqfet kummissjoni biex torganizza l-wirja fuq skala nazzjonali..Dan il-kumitat organizattiv taht il-presidenza ta’ P. Pullicino, kien maghmul miis-segretarju James Aspinall, it-tezorier John Grant u bhala membri kien hemm Ant. Scembri, Vin. Lapira, G. Gauci Azzopardi, Dr. Felice Calleja, u Dr. F. Caruana Dingli.
Dan il-kumitat mill-ewwel hatar sotto-kumitati biex jilhqu kull belt u rahal f’Malta u lil Ghawdex.[2] li gew maghqudin f’distretti. Hawn jissemma Hal-Balzan li kien jifforma parti mid-distrett li fih kien hemm ukoll H’Attard, Birkirkara, il-Mosta, Mqabba, Hal-Luqa, Hal-Ghaxaq. wil-Gudja.
Xoghol dawn is-sottokumitati kien li jxandru t-taghrif ghall-ewwel wirja fil-Buskett kif ukoll biex jitolbu l-appogg mill-kappillani ta’ kull parrocca fuq suggeriment tal-Gvernatur, ghax kien jaf x’influenza dawn kellhom fuq il-poplu.
Dawn is-sotto kumitati hadmu sew, tant li bi thejjija ghall-wirja tas-sena ta’ wara, is-socjeta habbret fl-4 ta Dicembru 1854, l-ismijiet tal-membri ta’ kull belt u rahal. [2]
Ghal Hal-Balzan kien hemm il-Kappillan Don F. Caruana, Dr. G. Frendo [ di Sant’Antonio] u s-sur Vincenzo Sammut. . Ma dawn zdiedu Don Giuseppe Muscat wis-sur P.P. Frendo.
Fil-programm tal-wirja tal-1855, giet ippublikata wkoll, lista ta’ nies minn kull rahal li taw kontribuzjonijiet ta’ flus b’risq il-wirja.. Minn Hal Balzan kien hemm imsemmija dawn-
Il-Kappillan Sac. Don Paolo Licino Micallef, Sac. Don Lorenzo Sammut, Sac. Dr. Don Francesco Caruana, Sac Don Giuseppe Muscat., Sac.Don Dr. Antonio Frendo, Dr. Giovanni Frendo, Signori Gaetano Borg Olivier, Pasquale Muscat, Pietro Paolo Frendo, Vincenzo Sammut, Rosario Grech, Giuseppe Debono, John Pulis, Giovanni Zammit, Vincenzo Zammit, Vincenzo Debono, Francesco Calleja, Paolo Azzopardi u Luigi Debono.
Skond ir-rapport finanzjarju [2] li nhareg fit-30 ta’ Novembru 1855 L-aktar li ngabru donazzjonijiet ghall wirja ta’ dik is-sena kienu-
L [liri]. s [xelini] d [soldi]
mill-Belt Valletta 93 3 0
mill-Imdina, R-Rabat u
Had-Dingli f’daqqa, 5 3. 4
minn Hal-Lija 2. 17. 0
minn Hal Balzan 2. 16. 0 .
Hal-Balzan, li kien fir-raba post juri, li l-wirja agrikola fl-Imnarja fil-Buskett intlaqghet tajjeb min-nies ta’ Hal Balzan, minkejja l-fatt li kien rahal zghir meta mqabbel ma Birkirkara li minn hemm ingabret lira wahda biss. Jien nahseb ukoll li peress li Hal-Balzan huwa qrib hafna tal-palazz ta’ Sant’Anton, fejn kien jghix il-Gvernatur, ghen ukoll biex nies prominenti tar-rahal jaghtu kontribuzzjoni ghall-wirja.
J’Alla dak l-entuzjazmu li l-Balzanin urew lejn il-wirja tal-biedja tal-Imnarja fil-Buskett, tkompli fi zmienna, almenu bhala vizitaturi tal-wirja, ghax, nghiduha kif inhi, raba u gonna f’Hal-Balzan ma tantx fadal.
Referenzi-
1.Charles Savona Ventura- L-istorja tal-Medicina fil-Gzejjer Maltin- 1999 PIN.
2. A.S.A [Arkivju Socjeta’ Agrarja] f’Palazzo de La Salle, Triq ir-Republika, Valletta.

FROTT BARRA MINN ZMIENU.
Kitba ta’ Dr. Joseph Borg,
President tas-Socjeta’ Agrarja ghall-Imnarja tal-2015
Il-bidwi minn dejjem kellu ghajnejh miftuha ghal xi haga li tista’ thallilu aktar qligh ghall-ghelejjel tieghu. Matul iz-zmien, in-natura tohrog xi haga mhux tas-soltu specjalment f’dawk li huma sigar u pjanti. Dawn jissejhu ‘Sport’ jew ‘Chimera’ mill-botanisti, li huma wkoll dejjem jgharrxu ghal xi haga bhal din. Mhux hekk biss, izda matul iz-zmien tniedu programmi sfiqa ta’ tnissil ta’ pjanti, b’mezzi xjentifici, tant li illum hawn bosta stazzjonijiet internazzjonali ta’ tnissil ta’ pjanti li, fost affarijiet ohrajn, itawwlu l-istagun. Dan barra li saru passi ta’ ggant f’dak li huwa kontroll tat-temperatura u l-ambjent fejn jinhaznu l-ghelejjel.
Il-Professur Ganni Borg, fl-1850 innota fergha f’sigra tal-laring li bdiet taghti frott mhux bhal l-ohrajn, fi gnien zghir f’Hal Balzan. Huwa nissel minn din lis-Sport, permess tat-tilqim, aktar pjanti, u semmiha ‘Laring twil tad-demm’ jew ‘Fin tad-demm’ u bl-Ingliz ‘The Malta Egg blood Orange’. Il-famuza Malta Blood Orange’ laringa tad-demm, il-Professur Borg isostni li hekk bdiet f’pajjizna wkoll. Il-lum nafu li insibuha imxerrda ma bosta pajjizi li jipproducu l-laring- minn Tunez sa Izrael.
Fl-imghoddi, il-qasam tal-biedja kien ghad ma kellux warajh l-mezzi xjentifici u laboratorji , li ghandna llum ghat-tnissil tal-pjanti. Izda dejjem kien hemm xi uhud li kienu jesperimentaw u jippruvaw itawwlu l-istagun tal-frott. Is-Socjeta’ Agrarja minn dejjem kienet tinkoraggixxi dawn il-provi. Per ezempju, meta saret taf fl-1870, li fi Franza ghenieqed tal-gheneb iddahhlu s-suq fix-xitwa u sahansitra f’Marzu u gabu prrezz tajjeb, stharrget il-metodu li kien deher fi ktieb ta’ W. Robinson li kiteb fuq il-gonna f’Parigi u hajret lill- bdiewa biex juzaw dan il-metodu. Infatti ghall-wirja tal-Imnarja ta’ l-istess sena, s-Socjeta’ Agrarja harget 5 premjijiet ta’ flus ghall-ahjar ghenieqed tal-gheneb ta’ barra minn zmienhom. Il-premjijiet kienu minn 12 il-xelin ghall-min igib ghenqud tajjeb f’Novembru ta’ dik is-sena u jibqa jitla’ kull xahar sa 30 xelin ghal kull ghenqud tajjeb li jingieb f’Marzu tas-sena ta’ wara.
Il-metodu kien semplici hafna. Meta ghenqud sabih isir, jinqata’ b’bicca zarguna twila mieghu. Iz-zarguna tiddahhal go flixkun mimli ‘ ilma mhallat bi ftit trab tal-faham tal-ghuda, waqt li l-ghanqud jibqa’ barra mill-ilma u vventilat minn kullimkien’. Dan kien jitqieghed taht saqaf f’post imrewwah sew.
Dan juri kif il-wirja agrikola tradizzjonali , li bdiet tigi organizzata mis-Socjeta’ Agrarja fl-1844, fl-istess sena li twaqqfet is-socjeta’ l-ewwel fil-Belt Valletta u aktar tard fil-Buskett, minn dejjem kellha l-ghan ewlieni li tinkoraggixxi lill-bidwi wir-rahhal, barra li ggieghel lill-konsumatur jaghraf aktar hidmithom u l-varjeta’ ta’ prodotti godda li jiddahhlu fis-suq.
Referenzi.
Cultivation and dIseases of fruit trees in the Maltese Islands- [1922] J.Borg MA., MD.
Societa’ Economica-Agraria, AVVISO, 28 giugno 1870- Arkivji tas-Socjeta’ Agrarja.

IS-SOCJETA’ AGRARJA FL-EWWEL GWERRA DINJIJA

Kitba ta’ Dr. Joseph Borg, President tas-Socjeta’ Agrarja

Nhar il-hamis 13 ta’Novembru 2014, jien attendejt it-tnedija tal ktieb ‘Salter’s Album” fl-iskola sekondarja tas-subien, Verdala f’Bormla. Dan il-ktieb hu bbazat fuq djarju t’ufficjal Ingliz, li zzewweg mara Maltija u li kien iservi f’dik il-binja stess meta din kienet qed tintuza bhala kamp ta’ koncentrament ghall-prigunieri Germanizi, Torok u nies ohrajn li kienu meqjusa mill-Inglizi bhala ta’ periklu matul l-ewwel Gwerra Dinjija [1914-1918].*
Ir-rakkont ta’ bint Salter li giet apposta mill-Kanada fejn qed tghix, wil-kontenut tal-ktieb qanqluni biex nitkixxef x’sehem kellha is-socjeta’ Agrarja f’dak iz-zmien. Wara kollox barra l-popolazzjoni tal-gzejjer, kif ukoll il-membri tas-servizzi Inglizi stazzjonati f’pajjizna, kien hemm l-ghadd dejjem jikber ta’ prigunieri tal-gwerra u ta’ suldati feruti konvalexxenti f’pajjizna. Dawn kollha kienu jenhtiegu l-ikel- biex ma nsemmux ukoll il-provisti mehtiega ghall-bcejjec tal-bahar li ghaddew minn zmien ghal zmien fil-portijiet taghna.
Sa dak iz-zmien Malta ma kellhiex dipartiment tal-biedja, imma is-socjeta’ Agrarja kienet twaqqfet fl-1844 mill-gvern kolonjali biex tghin il-biedja lokali timxi maz-zmienijiet . Dan sar permess ta’ provi ta’ ghelejjel u razez ta’ tjur u bhejjem godda, manigg aktar modern tal-art, tahrig lill-bdiewa u rahhala u lis-sidien tal-artijiet agrikoli, organizzar t’esperimenti u wirjiet agrikoli fil-belt Valletta izda, li l-aktar wahda popolari kienet tkun dik il-wirja tal-Imnarja li bdiet issir fil-Buskett.
Il-kumitat tas-socjeta, li dak iz-zmien kien maghmul minn nies nobbli li kellhom l-artijiet, minn nies esperti u professjonisti maghrufa f’xi settur agrikolu, u minn ufficjali tal-Gvern kolonjali, kien dejjem jigi ikkunsultat mill-Gvern kolonjali f’dak li huma prodotti agrikoli wil-biedja in general.
Bdejt mill-programmi tal-wirja tal-Imnarja li saru bejn l-1914 u l-1918 li ghandna fl-arkvju tas-socjeta’. Il-wirja saret kull sena u s-sehem tal-bdiewa u tar-rahhala bhala esebituri kien attiv hafna. Dan jidher mir-rendikonti tal-hlasijiet ta’ flus kontanti bhala premijijiet lir-rebbieha fil-wirja. Il-klassijiet tal-kompetizzjonijiet kienu maqsuma tista’ tghid f’sezzjonijiet bhal m’huma tal-lum izda wisq anqas fl-ghadd ta’ kompetizzjonijiet. Minn naha l-ohra kienu jinkludu prodotti u bhejjem li ma tantx naraw fi zmienna jew li ghosfru ghal kollox bhal per ezempju il-hmar Malti tar-refgha, ix-xghir ta’ Malta, il-pizelli ta’ Malta. Il-frawli ta’ Malta, t-tigiega Maltija, il-majjal Malti, is-silla tan-nebbiet u l-patata lokali imsejjha ‘fina’. Il-premijiet tas-sena 1914 tqassmu mill -Gvernatur il-general Sir Leslie Rundle, waqt li dawk tas-snin 1915-1918 tqassmu mis-successur tieghu Lord Metheun.
Jien deherli li z-zieda tal-popolazzjoni f’Malta kkawzata bil-migja tal-prigunieri, biz-zieda tal -militar Ingliz u bil-feruti tal-gwerra, kif ukoll bil-migja minn zmien ghal zmien ta’ bcejjec tal-gwerra alleati mal-Inglizi, zgur kellhom impatt fuq il-biedja, mhux biss bhala progress fil-produzzjoni ta’ ghelejjel izda ukoll ta’ ppjanar mehtieg ghall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli. Dan hu ikkonfermat, per ezempju, mill-korrispondenza li ghaddiet bejn is-socjeta Agrarja wil-Lt. Gvernatur fejn intalab il-parir lis-socjeta biex tghid kemm tistma li l-pajjiz jista’ jesporta tunnellati ta’patata fl-1915. Fil-korrispondenza tal-kumitat tas-socjeta’ Agrarja insibu li fit-8 ta’ Mejju 1915, ** l-assistant segretarju tas-socjeta’s-sur F.M Caruana LS & A, kiteb lill-LT.Gvernatur li s-socjeta tikkalkula li Malta setghet tesporta ta’ l-inqas 6867 tunnellata ta’ patata. Din l-istima waslu ghalija hekk:- Produzzjoni ghas-sena tal-patata tar-rebbiegha u dik tas-sajf stamata ghal 19,922 tunnellata. Minn din il-figura jitnaqqsu dawn-
• Konsumm lokali 6060 tunnellata-[Din il-figura tinkludi 1,500 tunnellata impurtata ghall-konsum lokali peress li l-patata tar-rebbiegha ma sservix sakemm tibda dik tas-sajf.]
• Konsum mill-armata [li naturalment kien jinkludi l-konsum tal-prigunieri tal-gwerra mizmuma fil-Kottonera] u tal-ezerciti alleati fl-Adriatiku u fid-Dardanelli, kien stmat ghal 550 tunnellata kull xahar ghall- sitt xhur mit-18 ta’ Mejju sal 31 t’Ottubru, jigifieri 3,300 tunnellata’
• Ammont ghall-esportazzjoni lejn pajjizi newtrali u mhux suspettati li jghaddu xi konsenji lill-ghadu, kien stmat li ser ikun ta’ 2,553 tunnellata. Dan kien ibbazat fuq l-esportazzjoni lis-servizzi ghas-sena 1913-1914****
Ir-Renju Unit Irtal 522,789
Aden 4.980
India 255.605
Albania 5,120
L-Egittu 13,533
Franza 851,720
Grecja 19.650
Libja 205,580
Marokk 16,500
Tunezija 885,601
TOTAL TA’ 3,268,732 JEW 2553 Tunnellata.
Jidher car li l-konsenji marru fejn kien hemm l-armata tar-Renju Unit u lejn l-alleata Franza wil-kolonji taghha.
• Patata li trid tinzamm ghaz-zriegh fix-xitwa kien stmat ghal 1,742 tunnellata.
Dawn kollha jammontaw ghal 13,655 tunnellata li meta tnaqqashom mill-istima tal-prodott li Malta tipproduci- 19,922 tunnellata thallik bil-figura ta’ 6267 tunnellata ta’ patata li tista’ tigi esportata. Din il-figura zdiedet ghal 6867 tunnellata- dejjem bhala stima. 
Min dan ir-rapport johorgu punti interessanti. L-ewwel punt hu li il-konsum lokali tal-patata ghas-sena 1915 meta l-gwerra kienet bdiet sew, kien tlitt darbiet izjed mill-konsum normali matul it-tlitt snin ta’ qabel, jigifieri qabel ma bdiet il-gwerra. Dan ghaliex,ir-rapport jghid, li l-konsum tal-patata zdied daqshekk ghax il-prezz tal-hobz spara l-fuq u ghalhekk in-nies daru ghall-aktar patata.
Osservazzjoni ohra hija li l-istima tal-patata ghall- l-armata u ghall-alleati hija aktar gholja mill-bzonnijiet taghhom ghax ma kienx mahsub li l-kampanja militari fil-bahar Adriatiku u fid-Dardanelli ser tintemm s’Ottubru. Ghalhekk qed ibassru 550 tunnellata kull xahar ghas- sitt xhur, jigifieri minn Mejju sa Ottubru.
Is-socjeta’ Agrarja gharrfet lill-awtoritajiet kolonjali li xi bdiewa lmentaw maghha dwar il-fatt li xi agenti tal-vapuri ma kienux qed jaccettaw l-prodott taghhom ghas-safar, jekk ma jkunx involut l-agent tal-vapur li soltu jahdem ghalihom. Dan kien qed ipoggi xi bdiewa fi zvantagg. Ghalhekk ghamlu appell biex l-esportazzjoni tal-patata tkun miftuha ghall-kullhadd u mhux tithalla bhala monopolju ta’ xi whud. Dan juri li l-bdiewa kienu jharsu lejn is-socjeta’ Agrarja bhala strumnet addattat biex iwasslu l-imenti taghhom lill-gvern.
Il-kwistjoni tas-safar tal-patata baqghet taht il-lenti tas-socjeta’ Agrarja anke meta l-istagun tal-esportazzjoni ghal dik is-sena spicca, ghax fl-14 ta’Ottubru 1915, is-socjeta kitbet ittra lill-Lt. Gvernatur fejn talbitu jghidlha l-ammont ta’patata esportata bejn it-8 ta’ Mejju u dak in-nhar, lejn l-Egittu u mkejjen ohra, mis-sensara tal-patata u mid-ditti jew kunpaniji.
Is-socjeta’ staqsiet ukoll kemm inghataw konsenji lill-
i] armata Ingliza / Franciza fil-Mediterran, fl-Adriatiku u fil-bahar Egew.
Ii] lill armati alleati f’Gallipoli, fl-Egittu u fil-Bahar Egew u
Iii] lic-corma ta’ kull mirkeb tal-Maesta’ Tieghu ir-Re [ Renju Unit] u tar-Republika Franciza.
Meta tara rapporti u dokumenti bhal dawn tinduna kemm il-grajjiet li minnhom ghaddiet Malta kemm kellhom impatt, fost l-ohrajn, fuq il-biedja lokali, li ghalkemm ckejkna meta mqabbla ma dik ta’ pajjziz girien, fi zmien il-ghawg il-ftit li pproduciet sabet ghalih opportunita’ biex tesportah.
*The Salter Album- Encounters in Malta’s prisoner of war camps,1914-1918., edited by Leonard Callus- Rabat. National Archives of Malta, 2014. ISBN: 978-99932-20-5-3 
** Doc. 9 Blue Book 1913-14
***Doc 19 d. 14.10.1915
****Arkivju tas-socjeta’ Agrarja

DAN L-ARTIKLU DEHER GHALL-EWWEL DARBA FIS-SIT ELETTRONIKU TAL-KUNSILL LOKALI TAL-BELT VALLETTA QABEL L-IMNARJA TAL-2015, PERESS LI S-SOCJETA’ AGRARJA GHANDHA IS-SEDE TAGHHA FIL-BELT VALLETTA.


MITT SENA ILU. 

Dr. Joseph Borg. President, Socjeta’ Agrarja

Is-Sena 1916, li kienet is-sena tan-nofs ta’ L-ewwel Gwerra dinjija [1914-1918], kellha effett qawwi fuq pajjizna, mhux biss ghal fatt li kellna diversi kampjijiet ta’prigunieri tal-gwerra, specjalment fil-Kottonera, u attivita’ kbira merkantili u militari izda anke t-temp zboxxla bl-ikreh matul dik is-sena. Il-biedja sofriet sew.


Fir-rapport [i] tas-segretarju tas-socjeta’ Agrarja ta’ dak iz-zmien, John Briffa li ghamel dwar l-andament tal-wirja tal-Imnarja ta’ dik is-sena, jaghti stampa cara tat-temp li kellhom ihabbtu wicchom il-bdiewa Maltin. Dan ghaliex it-temp ma kienx bhas-soltu izda tgerfex wahda sew.. Fil-harifa m’ghamlitx xita. Izda fix-xitwa x-xita kienet bnina. 


Fil-bidu tar-rebbiegha ghamel rih shun aktar mis-soltu, waqt li mbaghad f’April it-temperatura regghet nizlet sew. Veru li x-xita li ghamlet f’April kienet ta’ siwi ghal faxxina tal-qasbija, izda warajha gabet shana qawwija f’nofs Mejju. Biex tghaqad, rih shun f’Gunju kompla jkabbar il-problemi. Tant li z-zbul tal-qamgh wix-xghir kienu fqar. Is-sigar tal-frott inkluzi tac-citru batew sew.


 L-ucuh tal-patata wil-basal fil-baghli batew ukoll. Izda minn naha l-ohra l-arja niexfa u t-temperaturi gholjin ghinu biex ikun hemm anqas attakki ta’mard u moffa fil-patata mwahhra u fid-dwieli. Minkejja dawn l-izvantaggi, il-wirja tal-Imnarja kienet success. Dan ir-rapport juri kif il-biedja minn dejjem kellha tiffaccja l-isfidi tal-klima. Izda ,issa , disghin sena wara, qed naraw li l-isfida tal-bdil fil-klima zdiedet qatigh, mhux biss ghalina izda ghad-dinja kollha. F’dan id-dawl, kienet t’importanza kbira li pajjizna jiehu sehem hekk attiv fil-Konferenza Dinjija ghal-Bdil fil-Klima li saret f’Parigi f’Dicembru s-sena l-ohra. Dan ghaliex kull nazzjon ghandu l-obbligu li jiehu passi amministrattivi biex inaqqas l-emissjonijiet fl-arja li qed joholqu tant gharghar, nixfa,maltemp qalil u barra minn zmienu, biex ma nsemmux l-gholi fl-livell tal-bahar. 


Lilna, din ta’ l-ahhar mhux biss taffettwa x-xtut taghna biss, izda b’mod partikulari, lill-bdiewa li ghandhom ir-raba qrib il-bahar jew imsoqqija bi spieri tal-ilma tal-pjan. Dan ghaliex l-ilma mtellgha minn dawn l-ispieri jkun salmastru mhux biss ghal parti mis-sena izda ghal perijodi itwal. Ghalhekk hu dmir taghna lkoll li f’kull pass li naghmlu nqisuh sew u naraw li jaqbel mar-rakkomandazzjonjiet wil-mizuri tal-Awtoritajiet biex innaqqsu l-emissjonijiet.


.[i] Atti della Societa’ Economico Agraria del Gruppo di Malta pel 1916- Rapporto della cinquantesima-ottava Esposizione Agraria.